4. Nieħdu ħsieb dawk l-aktar vulnerabbli
Fl-2024, il-Parlament adotta diversi testi leġiżlattivi għal riforma tal-politika Ewropea dwar il-migrazzjoni u l-ażil kif miftiehem mal-Istati Membri tal-UE[i]. Fost l-objettivi ewlenin ta’ dan il-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil insibu li jirregola, b’aktar ġustizzja u effettività, il-mod li bih l-Istati Membri joffru protezzjoni lil persuni li qed jiġu mhedda minn atti ta’ persekuzzjoni u vjolenza.
L-integrazzjoni tal-barranin u r-refuġjati fil-pajjiżi tal-UE hija waħda mit-temi u mit-tħassib riflessi fix-xogħlijiet miġbura taħt dan it-titlu. Fil-proġett tagħhaintitolat Russian occupation in Georgia (L-okkupazzjoni Russa fil-Ġeorgia) (2024), Ani Melikidze tgħaqqad il-fotoġurnaliżmu u r-ritrattistika. Il-karattri tagħha, refuġjati, iħarsu f’għajnejna b’mod sinċier u mingħajr biża’. Il-kurituri u t-turġien tas-sanatorju fejn ir-refuġjati tqiegħdu fil-belt tal-Abkażja, minħabba l-invażjoni Russa, jiżvelaw id-deżolazzjoni u r-rovina kollha kkawżati mill-gwerra. F’armonija ma’ dawn l-istampi, Nimeta (2001) ta’ Alice Kask turi biċċa njam qadima u mtaqqba li tidher daqslikieku kienet għadha kif inġibdet minn ġo munzell ta’ rdim.
Alex FLETT – Ionic Pastoral
ANI MELIKIDZE – Russian occupation in Georgia
ANI MELIKIDZE – Russian occupation in Georgia
ANI MELIKIDZE – Russian occupation in Georgia
ANI MELIKIDZE –
TWOFOURTWO –
TWOFOURTWO –
Alice KASK – Nimeta
ZSOFI KOZMA – //NEM// SZÁMÍTOK / I DO //NOT// MATTER
ZSOFI KOZMA –
Darío VILLALBA – Itero Malva
Tiong ANG – Portret van een jongen (animatie)
Zsófi Kozma – //NEM// SZÁMÍTOK (MA NISWA //XEJN//) (2024) – toffri perspettiva dwar l-integrazzjoni diffiċli ta’ ħafna migranti fl-Ewropa permezz tal-installazzjoni estensiva tagħha ta’ tessuti delikati. Din it-tema hija esplorata wkoll f’diversi xogħlijiet tad-duo TWOFOURTWO (Constantinos Kounnis u Costas Mantzalos): Postcards from Cyprus (Kartolini minn Ċipru) (2017) u Kalos Kakos Ilthate (Merħba, MHUX Merħba) (2020 – 2021).
Postcards from Cyprus (Kartolini minn Ċipru) (2017) kienet attività li damet għaddejja tliet snin, li inizjalment kienet ġejja mill-pożizzjoni kritika li TWOFORTWO ħadu dwar is-sitwazzjoni soċjopolitika ta’ Ċipru sa mill-kriżi finanzjarja tal-2013 u l-konsegwenzi kkawżati mill-kollass tas-sistema bankarja[ii].
It-trattament tar-refuġjati huwa enfasizzat mill-installazzjoni neon fuq ix-xatt: Kalos Kakos Ilthate (Merħba, MHUX Merħba) (2020-2021).
Il-ħarsa investigattiva tal-grupp tal-arti TWOFOURTWO lejn l-immigrazzjoni u s-suġġett tar-refuġjati hija kkomunikata permezz tal-immaġni tar-ritratti tal-pajżaġġ tagħhom, li jiffukaw fuq il-baħar u x-xatt. (…) Il-ħsieb ta’ min jara l-opra jmur lejn il-lingwa franka internazzjonali attwali użata biex jiġu kkomunikati dawn l-immaġnijiet, pereżempju “fluss ta’ refuġjati”, “qlugħ mill-għeruq” u l-espressjoni tal-waħx “merkanzija umana”. Sinjal b’faċċata doppja li jaqra “καλώς/κακώς ήλθατε” ifakkarna li l-vjaġġ iwassal għal futur prekarju. Żieda deliberata ta’ ittra minn L għal K tissarraf f’diversi tifsiriet. Minn “Merħba” għal “MHUX Merħba” jew saħansitra “tajjeb jew ħażin jaf tkun merħba bik”[iii].
Il-kura tat-tfal, “Ir-refuġjati l-ġodda tal-Ewropa”, fil-proġett fotografiku ta’ Ani Melikidze, hija tema ċentrali fid-diptiku Portret van een jongen (animatie) (1993) ta’ Tiong Ang. Dan juri tifel jistrieħ fis-sodda fl-istil ta’ ritratt reali. L-artist uża żebgħa ħadra bi sfumatura safranija marradija fuq tila rqiqa,immuntata fuq qafas fil-forma ta’ktieb miftuħ. L-att tal-ġbidlura tal-kappell tal-għajn biex tiġi eżaminata l-pupilla forsijevoka b’mod mhux intenzjonali x-xeni mill-qrib inkwetanti li uża Luis Buñuel fil-film surrealista tiegħu tal-1929, Un Chien Andalou. Madankollu, f’dak il-każ, l-għajn infetħetbil-forza biex titfellel b’mus. Din kienet metaforagħall-mod radikali li bih l-artist kien qed ifittexli jwessa’ l-perspettivi tat-telespettaturi.
Sitwazzjonijiet ta’ fraġilità u mard ġew indirizzati minn Darío Villalba (1939-2018) u Alex Flett (imwieled fl-1950), billi użaw strateġiji viżivi differenti. Itero (1989) ta’ Villalba fiha frammenti, kemm ta’ pitturi kif ukoll fotografiċi, ta’ partijiet kbar tal-ġisem tal-bniedem, li huwa impossibbli li jiġu preċiżament identifikati. Madankollu, nistgħu naraw il-karnalità dubjuża tagħhom permezz tal-użu ta’ sfumaturi differenti tal-griż. Dan it-twaħħid ta’ pittura u fotografija hija tipika ta’ dan l-artist. Parti mix-xogħol li ġabitlu fama internazzjonali fis-snin sittin, is-serje encapsulados , jidher li tqiegħdet taħt il-mikroskopju f’Itero. Andy Warhol ikkwalifika x-xogħol bħala “pop soul” peress li ntlaqat mill-verità umana profonda li s-suġġetti anonimi kienu jirriflettu: persuni b’diżabbiltà, tallaba emarġinati jew nies morda, iżolati fi bżieżaq akriliċi[iv].
Ionic Pastoral (1996) ta’ Alex Flett huwamemento mori mhux tas-soltu.Il-pitturi Barokki tas-seklu 17 ta’ pajżaġġi idilliċi li fihom rgħajja jiskopru bla mistenni ras ta’ mewt jew sepulkru bl-iskrizzjoni “Et in Arcadia ego” kienu ħsibijiet komuni dwar in-natura effimera tal-ħajja. Flett, madankollu, jassoċja kompożizzjoni polikromatika ferriħija, impittra fuq tila u mqiegħda mal-art, mal-preżenza silenzjuża qawwija ta’ ras ta’ skeletru ta’ nagħġa li tinkuruna pilastru totemiku.
Kif deskritta minn Flett innifsu:
Il-bażi tal-pittura (żejt fuq it-tila) tuża xbihat mill-prattika Ċeltika antika ta’ bini ta’ ġebliet tondi b’toqba fin-nofs li minnhom kienu jgħaddu l-morda, partikolarment tfal li kienu jsofru mir-rakitiżmu, marda kkawżata minn nuqqas ta’ vitamini, bħala tip ta’ kura maġika. Dan il-kunċett antik huwa rifless aktar fl-użu tar-ras ta’ skeletru ta’ muntun imqiegħda fuq l-arblu taċ-ċint tal-injam tagħha miksi b’ġebel tafli li jirrifletti l-injoranza “pagana”.
Madankollu, imdaħħla fil-ħofor tal-għajnejn hemm lentijiet tal-ħġieġ li fuq in-naħa ta’ wara għandhom impenġijin Slaleb Ċeltiċi żgħar. Il-qaddisin Ċeltiċi antiki, b’mod partikolari Santa Kolumba ta’ Iona kienu jieħdu f’idejhom is-siti Pagani antiki Ċeltiċi u jikkonvertuhom għall-Kristjaneżmu b’salib. (…) Ir-rakitiżmu u mardiet oħra kkawżati minn nuqqas ta’ vitamini kienu problema serja kemm fl-Iskozja kif ukoll fl-Ewropa għal mijiet ta’ snin sas-seklu preżenti u anki matulu.
Ħafna politiċi ta’ kuxjenza iġġieldu biex jittejbu kemm id-dieta kif ukoll l-istandards tal-għajxien ta’ dawk l-aktar f’riskju, bħalma Santa Kolumba ġġieldet għar-ruħ ta’ pajjiż żgħir selvaġġ 14-il seklu ilu. Battalja parallela kontra l-agħar fost l-għedewwa, l-injoranza. L-artist jittama li Ionic Pastoral tkun ta’ ispirazzjoni għall-politiċi fil-Parlament Ewropew biex jaħdmu għall-qerda tal-injoranza u l-mard kull fejn ikunu[v].
[i] Il-Parlament Ewropew, “Il-PE japprova l-Patt Ġdid tal-UE dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil”, disponibbli fuq: https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20240408IPR20290/il-pe-japprova-l-patt-gdid-tal-ue-dwar-il-migrazzjoni-u-l-azil; Il-Parlament Ewropew, “Il-Ferrovija Leġiżlattiva 06.2024, 5: Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna – Ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni”, disponibbli fuq: https://www.europarl.europa.eu/legislative-train/carriage/asylum-and-migration-management-regulation/report?sid=8201.
[ii] Mantzalos, C. u V. Pericleous, “Cultural Errors and Creativity: How Visual and Textual Triggers Create New Meanings”, “Error is New Culture”, “242” jużaw l-approprjazzjoni f’xogħolhom. Huma użaw u ħolqu mill-ġdid kunċetti ġodda minn bosta sinjali industrijali li tniżżlu minn fuq binjiet ta’ negozji li fallew minħabba l-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, huma kkuntestwalizzaw mill-ġdid ix-xogħol billi għawġu t-tifsira ta’ dawn is-sinjali sabiex jerġgħu joħolqu ismijiet/kliem ġodda li jippromwovu perspettiva kritika tas-sitwazzjoni attwali f’Ċipru. Hija ċiklun kif ukoll taħlita ta’ test u immaġni, li turi r-rutina ta’ kuljum f’Ċipru permezz tal-kunċett tal-konsumeriżmu, ir-regħba u l-megalomanija. (…) B’mod parallel għal dan, huma joffru mistoqsijiet ġodda. Il-kriżi finanzjarja hija l-“Problema l-Ġdida ta’ Ċipru”? Il-kliem ‘art okkupata’ u ‘refuġjat’ għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem ‘djun li ma jrendux’ u ‘qagħad’?” (traduzzjoni mill-oriġinali bl-Ingliż).
[iii] Ibidem.
[iv] Museo Nacional Centro de Arte Reina Sofía, “Darío Villalba: una visión antológica, 1957-2007”, Madrid, 2007.
[v]Arkivju tal-Kollezzjoni tal-Arti tal-Parlament Ewropew.