Skip to main content

In-Netherlands

In-Netherlands © EP 2021

il-Greċja, 2008

Serigrafija, litografija u collage, 69 x 100 cm

iffirmat u ddatat "2008" (isfel, fuq il-lemin)

Mogħti mis-Sindku ta' Ateni, Nikitas Kakalalanis, fl-2008


L-arti ta' Pavlos Dionyssopoulos tesprimi l-għerf tal-filosofija Griega antika, u b'mod li jixbah lilha, għaddejja b'mod kostanti minn tibdil. Wara li studja fl-Akkademja tal-Belle Arti f'Ateni (1949-1953), huwa vjaġġa lejn Pariġi b'borża ta' studju mill-Istat biex jattendi l-Académie de la Grande Chaumière. Dan il-vjaġġ fetaħ l-orizzonti artistiċi tiegħu. Meta rritorna f'Ateni, huwa ħadem fil-qasam tar-reklamar u t-teatru qabel ma fl-1958 reġa' ttrasferixxa ruħu fil-belt kapitaliFranċiża, din id-darba b'borża ta' studju mill-Istat Grieg għal 3 snin (I.K.Y.). Huwa stabbilixxa ruħu f'dik li hija l-belt tad-dwal, fejn għamel ħbieb ma' Pierre Restany u mar-Realisti l-Ġodda li għenuh jiskopri n-natura artistika ta' materjali ta' kuljum li ma jiswewx flus. Il-gazzetta, il-fuljetti, il-kartelluni, l-fuljetti tar-reklamar isiru l-għodod ewlenin tiegħu, il-materjali li jaqta' fi strixxi rqaq. Komunikazzjoni tal-massa permezz ta' prodotti fabbrikati bil-massa li jippromwovu l-konsum tal-massa. Il-prodotti konsumeristi reklamati fuq l-uċuħ trasformati minnu eventwalment isibu posthom f'xogħlu, qomos, ingravati jew kalzetti murija bil-linji spirali, daqs li kieku kienu xi tip ta' vortiċi. Sinjali ta' twissija għall-bidla fil-perspettiva li kienet ġejja? Is-serje tiegħu ta' 28 bandiera Ewropea tuża l-ġibda ta' Dionyssopoulos lejn il-karta b'mod fin iżda sinifikanti. Kull bandiera rappreżentata hija mgħottija b'filtru ta' strixxi tal-karti qishom konfetti li jkopri s-simbolu nazzjonali kważi sal-punt li dan ma jibqax jintgħaraf (ħaġa li narawha fit-28 bandiera kollha). Billi jagħmel dan, l-artist jisfida dawn is-simboli billi jgħaqqadhom. Kull wieħed minnhom jista' jitqies bħala esklussivament uniku fl-għamla tiegħu filwaqt li flimkien huma soġġetti għal sistema komuni. Din is-serje ġiet prodotta fi żmien li matulu Dionyssopoulos kellu dubji dwar il-lussu konsumerista li kien wasslu għall-proċess tiegħu permezz tas-simboli u l-materjali li darba kienu jsaħħrukemm lilu kif ukoll lilna.

Mill-istess artist