SARA BANYAI & ALANNA PIQUET
Rethink with the Communitives of Malmö (2024.06.01)
Ktieb: 100 paġna A5; mazz karti u mejda.
“Ilkoll kemm aħna rridu nkunu parti minn xi ħaġa. Parti minn grupp ta’ ħbieb, parti minn folla familjari, parti mill-bidla. Issa, ejja nsiru parti minn konverżazzjoni.
Rethink huwa pass eqreb lejn il-kollaborazzjoni u network attiv f’diversi komunitivi* kulturali, soċjali u ċivili f’Malmö. F’dan il-proġett ġibna flimkien 35 komunità lokali u inizjattiva li għandhom jiġu rrappreżentati f’logħba pjaċevoli, iżda edukattiva. In-nies jistgħu jużaw il-logħba bħala għodda biex isiru jafu lil Malmö, isibu konnessjonijiet ġodda kif ukoll għal ideat ta’ workshops li jistgħu jibdlu l-futur.
Tista’ tilgħab Rethink u toħroġ b’soluzzjonijiet innovattivi. Il-mazz karti fih 10 karti pronti li jistiednu lil min jilgħab biex isolvi problemi soċjali differenti billi jikkombinaw ix-xogħol tal-komunitivi fil-logħba. Forsi kollaborazzjoni kreattiva bejn kafetterija tat-tiswija mmexxija mill-volontarji u kumpanija teatrali komunitarja jistgħu jieħdu ħsieb il-problema tal-ikel żejjed fil-belt. Kif? F’idejk biex tiskopri kif!
Fl-1 ta’ Ġunju organizzajna Festival Komunitiv li jiċċelebra l-proġett u li jqajjem kuxjenza dwar kif iċ-ċittadini jistgħu jipproteġu l-komunitajiet tagħhom billi jipprattikaw id-dritt tagħhom li jivvutaw. Kilna pulpetti tal-ħut vegani u żfinna għad-djembe u ppużajna għal ritratti pproċessati b’mod alternattiv.
*Komunitiva: Terminu li ħriġna bih u li jiddeskrivi l-kollaborazzjoni bejn l-inizjattivi ffukati fuq il-komunità u l-komunitajiet li jazzardaw jieħdu inizjattiva.”