Skip to main content

Senza Titolo; Untitled

Senza Titolo; Untitled © EP 2021

l-Italja, 1996

Żejt fuq it-tila, 200 x 300 cm

iffirmat (isfel, fuq ix-xellug)

Mogħti mill-artist lis-Segretarju Ġenerali Vinci, li taha bħala donazzjoni lill-Parlament malli telaq.


Imwieled fil-Perù u edukat fil-Ġermanja, Máro stabbilixxa dimensjoni internazzjonali kmieni fil-karriera tiegħu. Dan kompla aktar tard, bl-artist jirċievi premji u jkollu residenzi u pożizzjonijiet onorarji f'Monaco, Franza, il-Brażil, l-Iżvezja u l-Istati Uniti. L-arti tiegħu naturalment tgħaqqad dawn l-esperjenzi kulturali ta' arrikkiment, bi traċċi ta' kisbiet artistiċi pre-Kolombjani u kontemporanji mill-Amerka t'Isfel kif ukoll prattiki avant-garde mill-Amerka ta' Fuq u mill-Punent tal-Ewropa. Dawn tal-aħħar jidhru b'mod partikolari fix-xogħlijiet bil-pinzell ta' Máro. Espressjonisti b'mod katartiku u b'eżistenza "lil hinn" mill-pittura, id-daqqiet tal-pinzell mhumiex linji iżda ġesti, movimenti, li jwasslu l-fiżikalità tal-proċedura. Minkejja l-gwarniċ, min jara l-opra immedjatament jifhem li t-tila hija biss wieħed mill-uċuħ li fuqhom jeżistu l-linji blu u oranġjo. Il-ġest li wellidhom iseħħ fi spazju reali, u b'hekk ikisser l-illużjoni tal-gwarniċ bħala spazju magħluq fih innifsu. B'riżultat ta' dan, it-tila tidher aktar ċatta, biċċa minn taħbila mhux kompluta, u tħalli x-xewqa għal aktar.