Skip to main content

2. Involviment ċiviku u politiku

Ir-ritratti ta’ Paul Henry Spaak’s portrait minn Fabian Edelstam, poster tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb (edizzjoni tal-1993), u t-typewriter ta’ Josef Antall – xhieda tal-attivita intellettwali u politika ta’ sidha, dawn kollha jirreferu għal karattri emblematiċi li jirrappreżentaw il-ġlieda għal-libertà u l-valuri demokratiċi fl-Ewropa: eżempji illustri ta’ kif l-impenn, il-ħidma tenaċi u t-tmexxija ta’ ċerti figuri politiċi jikkostitwixxu elementi essenzjali biex id-demokrazija parlamentari tissawwar u tiffjorixxi.

Id-demokrazija teħtieġ l-eroj tagħha, mhux biss dawk pubbliċi u magħrufin, iżda anke dawk anonimi, bħan-nies ordinarji li jidhru fil-ġabra ta’ ritratti ta’ Paul Graham; nies li spiss inqabdu b’mod każwali u spontanju, fit-triq jew ġewwa. Fir-ritratt tal-Kollezzjoni tal-Arti, dawk l-istess nies, paradossalment, huma preżenti permezz tal-assenza tagħhom f’kantuniera umli tal-belt ta’ Belfast, okkupata minn sempliċi bank tal-konkos.

Min-naħa l-oħra, il-gouache Wähle! (1979), – ta’ Jörg Immendorff – pittur li kien jifhem l-arti bħala rimedju għat-tiġrib soċjali u politku – huwa parti minn żmien meta pproduċa s-sensiela ta’ pitturi l-aktar famuża tiegħu, Cafe Deutschland (1977-1982). Dan ix-xogħol ċkejken fuq il-karta – Wähle! – huwa sejħa mqanqla biex in-nies jitkellmu b’mod liberu u jagħżlu bejn diversi alternattivi, u b’hekk jiġbed l-attenzjoni għal parteċipazzjoni attiva fi kwistjonijiet li jikkonċernaw il-ħajja ċivika.

1234567

Home